Fl-ewwel logħba fit-Tony Bezzina Stadium, Birkirkara skorjaw gowl f’kull taqsima sabiex rebħu lil Santa Lucia 2 – 0.
Birkirara kienu l-aktar avventuruzi matul l-ewwel taqsima u ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta Osvaldo Iorio qassam lil Enzo Daniel Cabrera li x-xutt tiegħu ġie salvat f’korner mill-GK Matthew Calleja Cremona.
Fil-25 minuta Birkirkara fetħu l-iskor meta l-GK Calleja Cremona ħareg jikklerja l-ballun barra l-kaxxa imma l-clearance tiegħu kienet żbaljata biex approfitta Enzo Daniel Cabrera li b’xutt minn barra l-kaxxa xeħet il-ballun f’lasta vojta.
Santa Lucia ppruvaw iwettqu reazzjoni bla ma kienu wisq effettivi tant li kienu Birkirkara li kienu għoddhom irduppjaw eżatt qabel il-mistrieħ meta Yannick Yankham laqat il-lasta l-wieqfa bir-ras minn kross ieħor ta’ Iorio.
Fit-tieni taqsima kienu Santa Lucia li ħargu fuq l-attakk u fit-53 minuta Francisco Rodrigues Farias daħal tajjeb għal kross minn fuq ix-xellug ta’ Jurgen Pisani imma xxuttja ftit għoli fuq il-lasta Karkariża.
Fis-57 minuta freekick dirett ta’ l-istes Francisco Farias ġie mblukkat b’diffikulta’ mill-GK Karkariż Amara Sylla.
In-naħa l-oħra, żewg minuti biss wara, Cain Attard dendel ballun tajjeb fil-kaxxa tas-Saints imma d-daqqa ta’ ras ta’ Alex Alves Da Paixao għaddiet ftit barra.
Ċans ieħor tad-deheb għal Birkirkara wasal fl-64 minuta meta Yannick Yankham żmarka tajjeb lil Alex Da Paixao li spara xutt bil-goaler Calleja Cremona megħlub imma Nicholas Pulis imblokka fuq il-linja biex evita goal ċert.
Santa Lucia wieġbu żewġ minuti wara b’xutt b’saħħtu ta’ Miguel Alba minn barra l-kaxxa li Sylla mblokka kif seta’.
Birkirkara rduppjaw fis-77 minuta meta Enzo Cabrera għadda ballun fil-baxx ‘il quddiem lejn Alex Alves Da Paixao li antiċipa l-ħarga ta’ Calleja Cremona u xeħet il-ballun fix-xibka.
Referee: Trustin Farrugia Cann
Player tal-Loghba: Alex Alves Da Paixao (Birkirkara