Il-qaddief lokali Clyde Cutajar rebaħ it-titlu ta Champion Ewropew waqt il-Kampjonati Ewropej tal-Indoor Rowing li qed isiru f’Pariġi.
Cutajar kien qed jieħu sehem fil-kategorija tal-500 meteru u rebaħ il-midalja tad-deheb. Clyde Cutajar ilu diversi snin jikkompeti f’dan l-isport u fuq bażi lokali kiseb bosta suċċessi.
Huwa wkoll qaddief ta’ esperjenza fir-Regatta Tradizzjonali u attwalment jaqdef mal-klabb tal-Birgu.
Intant waqt l-istess kampjonati f’Pariġi inkisbu wkoll riżultati sbieħ minn żewġ para-atleti maltin. Kurt Farruġia u Julian Bajada tejbu l-ħinijiet personali tagħhom fil-kategorija tal-500 metru.
Kurt Farrugia ikkompeta fil-PR2 Category u kellu riżultat ta’ 2.05.2. Min-naħa tiegħu Julian Bajada ħa sehem fil-PR3 Category u kellu riżultat ta’ 1.46.2.
Farrugia u Bajada huma l-ewwel para-atleti maltin li qed jieħdu sehem f’dawn il-Kampjonati Ewropej tal-Indoor Rowing.
It-tnejn li huma jagħmlu parti mill-Klabb tal-Qdif ta’ Siġġiewi.