Raġel ta’ 30 sena residenti Raħal Ġdid, ġarrab xi ġrieħi wara li makkinarju li kien fuq fork lifter,
waqa’ fuqu.
L-inċident seħħ illum, għal xi s-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi scrap yard fi Triq Ħal Luqa, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u r-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.