Il-Ħamis filgħaxija fuq ONE huma diversi t-temi li se jiġu mitkellma Madwar Mejda. F’dawn l-aħħar siegħat fuq il-mezzi soċjali kienu bosta li qed jikkumentaw dwar sitwazzjoni li nħolqot minħabba kundizzjoni ta’ tifel. Illejla Madwar Mejda se jistaqsi, xi tfisser li tkun ġenitur ta’ tifel b’kundizzjoni?
Bla dubju f’dawn l-aħħar jiem bosta qed jitkellmu wkoll dwar in-numru ta’ theżżiżiet li qed jinħassu f’pajjiżna. Għaldaqstant Madwar Mejda se nistaqsu għaliex? u pajjiżna preparat f’każ ta’ terrimot? Wara l-10pm, Madwar Mejda dwar 10 fatti tas-sess. It-terapista tas-sess u r-relazzjonijiet Matthew Bartolo jwieġeb b’mod dirett.
Madwar Mejda, jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-9pm fuq ONE.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI