Permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat bejn l-Awtorità tad-Djar u MeDirect, bank ieħor Malti se jibda joffri l-opportunità lill-klijenti tiegħu biex jaċċedu għall-garanzija offruta mill-iskema New Hope.
Din l-iskema, li ġiet introdotta fl-2021, qed tagħti tama ġdida lil dawk il-persuni li ma kienx jirnexxielhom jiksbu polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja minħabba li fil-passat kellhom xi mard, jew ibatu minn kundizzjonijiet mediċi jew inkella li għandhom xi diżabilità u għaldaqstant ma setgħux isiru sidien ta’ darhom.
Din l-iskema qed toffri alternattiva sigura lill-banek Maltin biex is-self mitlub mill-applikant ikun jista’ jingħata mingħajr ma jintefa’ l-ebda riskju fuq il-banek jew il-qraba tal-benefiċjarju.
Bħalissa, l-Awtorità tad-Djar qed toffri garanziji li, fin-nuqqas ta’ polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, tkopri s-self sa massimu ta’ €250,000 fuq proprjetà li tintuża bħala r-residenza primarja tal-benefiċjarju.
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, qal li wara li ġiet introdotta din l-iskema, il-ħidma tal-gvern baqgħet għaddejja sabiex l-iskema tkompli tissaħħaħ. L-introduzzjoni tal-MeDirect Bank hija frott il-ħidma li saret matul dawn l-aħħar xhur.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Matthew Zerafa, qal li din l-iskema, li sal-lum diġà bbenefikaw minnha tmien individwi, se tkompli tgħin biex aktar nies mhux biss jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom imma wkoll iwettqu l-ħolma tagħhom u jsiru sidien ta’ darhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp MeDirect, Arnaud Denis, qal li l-bank huwa ħerqan li jaħdem mal-Awtorità tad-Djar biex aktar nies jingħataw l-għażla li jsiru sidien ta’ darhom.