L-ewwel staġun ta’ Jackpot 4 tista’ ssegwih x’ħin trid fil-kumdita’ tiegħek billi taċċessah mis-sezzjoni ONE PLAY fuq is-sit one.com.mt
Jackpot 4, id-drama li għandha produzzjoni ta’ DBA Entertainment u li ttellgħet bl-appoġġ ta’ Screen Malta kienet ixxandret fuq ONE matul Ottubru, Novembru u Diċembru 2022.
Jackpot 4 hija sensiela ta’ kriminalita’ politika bl-attur Lawrence Buontempo fil-parti tal-Prim Ministru. Fi ħdax-il episodji ta’ dan l-ewwel staġun jiżvillupaw ħafna intriċċi, traġedji u komploti li jiffurmaw l-istorja ta’ din is-sensiela.
Bħalissa l-produzzjoni qed taħdem fuq il-kitba ta’ aktar episodji li se jkunu parti mit-tieni staġun ta’ din is-sensiela.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI