Is-Sur Christopher Siegersma nħatar Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, wara li s-Sur Robert Brincau ta r-riżenja tiegħu b’mod immedjat mill-kariga.
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza fi stqarrija qal li dan it-tibdil sar wara sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati llum b’rabta ma’ każ li fih kien hemm involut is-Sur Brincau.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, fost l-oħrajn sabet lil Brincau ħati li weġġa’ raġel u li ġarr arma mingħajr liċenzja fil-bajja tal-Mellieħa s-sena l-oħra.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti kkundannat lil Robert Brincau tnax-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.
Il-Qorti ma sabitux ħati li għamel użu ħażin minn tagħmir elettroniku.
Attwalment, il-Kap Eżekuttiv il-ġdid Christopher Siegersma iservi bħala l-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri.