Fid-diskors li għamel f’attività politika fiż-Żejtun, il-Prim Ministru radd ħajr lill-Pulizija għall-azzjoni f’waqtha iktar kmieni din il-ġimgħa fil-Gżira u tax-xogħol kbir tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità.
Huwa qali li wieħed jittama li, u jappella biex, l-effiċjenza u l-kuraġġ li wrew il-Pulizija f’ħidmiethom ikunu riflessi fil-proċess tal-qrati, li għandu jkun wieħed effiċjenti u sod li jibgħat messaġġ li l-istituzzjonijiet kollha ta’ pajjiżna huma sensittivi għall-bżonn li ċ-ċittadini kollha tagħna jgħixu f’sigurta sħiħa.
“Meta tara każ bħal dak ta’ nhar l-Erbgħa mhux biss tixxokkja ruħek, iżda taqbdek ukoll rabja għax mhux dak li rridu għal pajjiżna. Għax, iva, dik tagħna hi soċjetà li tagħder. Imma dik tagħna trid tkun ukoll soċjetà fejn nieħdu ħsieb xulxin, u min ma jagħmilx hekk irid jiffaċċja l-ġustizzja. U l-ġustizzja l-ewwel li trid tkun mal-vittma u l-familja tagħha,” qal il-Prim Ministru.