Gowl fl-aħħar mumenti tal-partita ta’ rebħa importanti lil Santa Lucia fit-tentattiv li dawn jinqalaw miż-żona ta’ relegazzjoni f’logħba diretta kontra Żebbug Rangers.
Santa Lucia marru fil-vantaġġ wara biss għoxrin sekonda mill-ftuħ tal-konfront meta konklużjoni mix-xellug ta’ Robert Bairam spiċċat fil-lasta ta’ Żebbuġ.
Ir-Rangers ma’ kellhom ebda reazzjoni anzi kienu Santa Lucia li reġaw ħadu l-inizjattiva b’konklużjoni oħra fil-37 minuta li għaddiet barra.
Żebbuġ ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u fil-58 minuta kellhom konklużjoni ta’ Stefan Jankovic li spiċċat barra. Tlett minuti wara, minn korner dirett ta’ Roberto Sanchez, Calleja Cremona salva iżda ma’ żamx bil-ballun eventwalment jispiċċa fix-xibka għal 1 – 1.
Fil-68 minuta, St Lucia kellhom konklużjoni ta’ Terzi li ħabtet mal-minduda. Għaxar minuti wara ċans ieħor tajjeb ta’ St Lucia meta xutt ta’ ta’ Miguel Alba ġie salvat minn Azzopardi u Terzi minn quddiem il-lasta xeħet barra.
Il-partita dehret li ser tintemm 1 – 1 iżda konklużjoni fil-ħin miżjud tas-sostitu Jamie Carbone spiċċat wara Azzopardi għal 2 – 1 favur il-luċjani.
Plejer tal-partita:- Robert Bairam (St.Lucia)