Dalgħodu, fil-Knisja Parrokjali ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop se jingħata l-aħħar tislima Leonard Camilleri, li tilef ħajtu fi splużjoniijiet fil-kumpless tan-nar ta’ San Ġużepp, f’Ħal Kirkop, f’Novembru li għadda.
Kien nhar is-26 ta’ Novembru, meta Malta qamet b’ħasda ta’ żewġ splużjonijiet li heżżew l-inħawi, tant li anke nqabdu mit-tagħmir taċ-Ċentru Siżimiku tal-Università ta’ Malta li jkejjel it-terremoti.
Nardu, kif kien magħruf, kien ġuvni u dilettant kbir tal-logħob tan-nar u kien anke involut f’inċident ieħor ta’ splużjoni f’din kamra tan-nar.
Fl-2012, hu kien ħelisha ħafif fi splużjoni meta dakinhar il-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp kienet fuq ismu.
Ħdax-il snin ilu kien sofra ħarqa żgħira meta ħadet f’idejh bomba li kien qed jaħdem fuqha fl-istess kumpless.