It Team Malti (Team Maximum Lock) kellu wirja mill-isbaħ f’wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fl-Ewropa, l-Autosport International. B’udjenza totali ta’ aktar minn 90 elf ruh, wera il-kapaċitajtiet tiegħu ta’ sewqan bi preċiżjoni għal tnax -il darba fi żmien qasir ta’ erbat’ijiem.
It-team li hu iffurmat kollu mix-xufiera maltin Mark Galea, Christian Bezzina, Clint Abela u Bruce Fenech, illum il-ġurnata meqjus l-aħjar fl-Ewropa u wieħed mill-aktar preċiżi fid-dinja fejn jidħol sewqan.
Team Maximum Lock mistennija ikollhom madwar għaxar avvenimenti internazzjonali għal din is-sena 2023.
Min jixtieq isegwi dan it-tim aktar mill-viċin jista jidħol fis-sit uffiċjali www.teammaximumlock.com jew il paġna ta Facebook tagħhom bl-isem Team Maximum Lock stunts. Għal dan is-suċċess Team Maximum Lock jiringrazzjaw lil kull min kien ta’ sostenn għalihom fosthom il-familjari, kif ukoll numru ta sponsors – Enemed, Visit Malta, Prospeed Parts, Sparco, Malta Classic Car Museum, Munchies, Coleiro General Sales Ltd, Gmolton, Motorsmt, Ondroad, u Motordrome.