Tliet persuni, żewġ nisa u raġel ittieħdu l-isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq il-Gardiel għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart wara ħabta bejn karozza tal-għamla Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 65 sena minn Birżebbuġa u vann tal-għamla Toyota misjuq minn raġel ta’ 36 sena minn Ħal Qormi. Mara ta’ 40 sena minn Wied il-Għajn kienet passiġġiera fil-karozza tal-għamla Yaris.
Mad-daqqa, il-vann baqa’ dieħel f’għadd ta’ karozzi pparkjati u laqat raġel ta’ 75 sena li dak il-ħin kien miexi fit-triq.
Il-mara ta’ 65 sena ġarbet ġrieħi ħfief imma l-mara ta’ 4o senau r-raġel li huma minn Wied il-Għajn l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.