Illum il-ġurati fil-każ tal-qtil ta’ Sion Grech bdew jiddeliberaw biex joħorġu bil-verdett.
Dan wara li lbieraħ issokta s-smigħ tal-ġuri tal-Libjan Ismael Habesh , ta’ 52 sena, u t-Tuneżin Mouhaci Faical, ta’ 55 sena, li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Sion Grech madwar 18-il sena ilu fil-Marsa.
Sion Grech ta’ 20 sena, mis-Siġġiewi, instabet mejta nhar it-13 ta’ April, 2005, b’daqqiet ta’ sikkina f’għalqa fejn is-Salib tal-Marsa. Il-katavru tagħha kien instab qalb il-ħaxix u fi stat ta’ dekompożizzjoni.
Minħabba li nqatlet snin qabel l-Att tal-2015 dwar l-Identità tal-Ġeneru, Sion hija mniżżla f’dokumenti legali bħala raġel jismu Simon.
Għal Mouhaci Faical qed jidher l-avukat tal-għajnuna legali Simon Micallef Stafrace. Għal Habesh Ismael qed jidhru l-avukati Edward Gatt u Ismael PsailaL-avukat Anthony Vella u l-avukat Abigail Caruana Vella qed jirrappreżentaw lill-avukati Ġenerali.