F’tagħrif preżentat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, jirriżulta li minn April 2015 sal-lum kien hemm 503 arrest ta’ persuni li jgħixu Malta, b’rabta ma’ reati li jaqgħu taħt il-Kapitolu 537.
Dan il-Kapitolu jara li jkun provdut trattament għal persuni fil-pussess ta’ kwantitajiet żgħar ta’ droga projbita għall-użu personali. Jara wkoll li jittieħdu miżuri ta’ riabilitazzjoni għal persuni dipendenti mid-droga.
Fost dawk kollha arrestati, 399 kienu Maltin u 104 kienu barranin.
Intant fi tweġiba għal domanda separata ħareġ li mis-sena 2008 sas-26 t’April 2016 l-ammont ta’ droga eroina, kokaina u kannabis li nqabdet kienet kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
Eroina | Kokaina | Kannabis | |
2008 | 8Kgs 427grs | 21Kgs 144grs | 23Kgs 436.1grs |
2009 | 8Kgs 411.13grs | 16Kgs 005.363grs | 481Kgs 728.39grs |
2010 | 5Kgs 090.09grs | 4Kgs 234.47grs | 43Kgs 526.78grs |
2011 | 3Kgs 967.38grs | 5Kgs 354.77grs | 91Kgs 7.7grs |
2012 | 1Kg 331.25grs | 142Kgs 857.5grs | 19Kgs 244.9grs |
2013 | 1Kg 301grs | 3Kgs 652grs | 10Kgs 274.23grs |
2014 | 1Kg 769grs | 5Kgs 273grs | 111Kgs 275.2grs |
2015 | 3Kgs 878grs | 21Kgs 236grs | 73Kgs 954.54grs |
2016 | 171.17grs | 2Kgs 228.22grs | 50Kg s415grs |