Fil-ħin li ġej Mosta FC mistennija li jiffirmaw li l-ex attakant tal-Kongo Férébory Doré.
Doré, li għadu 33 sena, lagħab ma’ bosta klabbs primarjament klabs franċiżi kif ukoll mat-tim nazzjonali tal-Kongo. Filfatt Doré lagħab fl-stess tim nazzjonali li miegħu kien lagħab ukoll l-ex goaler tal-stess Mosta FC Christoffer Mafoumbi.
L-aħħar klabb li lagħab miegħu Doré huma USM Saran fil-ħames diviżjoni tal-futbol franċiż.
Jekk ir-reġistrazzjoni tidħol fil-ħin, il-plejer mistenni li jkun inkluż għal parti importanti kontra Hibernians ta’ nhar is-Sibt li ġej.