Jeremie Camilleri mistenni jitressaq il-Qorti llum.
Camilleri, ta’ 33 sena, li joqgħod Ħal Lija, kellu jitrażżan minn uffiċjali tal-pulizija wara li rreżista l-arrest ftit wara ħabta li seħħet fis-1am tal-bieraħ fil-Gżira, li ħalliet mara Torka ta’ 30 sena bla ħajja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Camilleri twieled fl-Alġerija u xellef difru mal-liġi kemm-il darba. L-aktar episodju riċenti seħħ ġimagħtejn ilu. Fl-4 ta’ Jannar, wieġeb li hu ħati għal serq minuri minn ħwienet tal-ikel f’Tas-Sliema u Ħ’Attard. Wieġeb li hu ħati wkoll li kiser ordni ta’ probation.
Il-Pulizija qalet li Camilleri rriżulta pożittiv għall-kokaina u l-alkoħol wara l-ħabta u kien qed jinżamm fl-Isptar Mater Dei.