Il-winger internazzjonali Malti Joseph Mbong ser jkompli l-kumplament tal-istaġun ma’ Hamrun Spartans wara li d-deċieda li jittermina l-esperjenza tiegħu mal-klabb Izraelit ta’ Ironi Kiryat Shmona.
Mbong, irnexxilu jilgħab xejn anqas minn ħmistax il-partita ma’ dan il-klabb iżda jidher li fl-aħħar ġimgħat kien hemm diżgwit bejn lis-stess plejer u t-tmexxija tal-klabb li waslitu sabiex jittermina l-avventura tiegħu f’Iżrael.
Fl-aħħar sigħat huwa kellu laqgħat mat-tmexxija ta’ Hamrun u intlaħaq ftehim sabiex Mbong jkompli l-istaġun mal-Spartans tant li ilbieraħ kien parti mis-sessjoni ta’ taħrig taħt il-gwida ta’ Branko Nisevic.
Għadu mhux magħruf jekk il-plejer hux ser jkun jista jilgħab fil-partita mill-Kampjonat Premier ta’ nhar il-Ħadd li ġej kontra Pieta Hotspurs.