Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri jinsab il-Libja, fejn iltaqa’ mal-Ministru tal-Intern Libjan, Emad Trabelsi.
Huma ddiskutew il-kontinwazzjoni tal-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fejn tidħol is-sigurtà.
Iż-żewġ naħat tkellmu fuq metodi kif tista’ ssir ħidma bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà taż-żewġ pajjiżi biex tkun miġġielda l-kriminalità internazzjonali, fosthom it-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u l-kriminalità elettronika.
Tkellmu wkoll dwar l-immigrazzjoni irregolari u l-ħidma tal-awtoritajiet Libjani fuq l-art u fuq il-baħar biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin.
Ġie inawgurat ukoll iċ-ċentru ta’ koordinazzjoni bejn Malta u l-Libja li qed jopera fil-parametri tal-ftehim ta’ koordinazzjoni bejn iż-żewġ stati.
Il-Ministru Camilleri żar ukoll l-akkademja tal-Pulizija f’Tajoura u segwa mill-qrib il-faċilitajiet tat-taħriġ tal-korpi dixxiplinati Libjani u l-preparazzjonijiet loġistiċi li qed isiru bi tħejjija għall-elezzjoni fil-Libja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI