“X’lest tagħmel għall-imħabba? Fuq kollox, l-imħabba eżattament x’inhi? Hija biżżejjed? Il-ħajja kkumplikata u l-karattri ta’ kull ġrajja ta’ mħabba huma kumplessi, diversi u bi ħtiġijiet differenti.”
Dawn huma wħud mit-temi tas-single ‘Ħdejja’, li għadhom kemm ħarġu The Travellers.
F’din id-diska, jirriflettu fuq il-fatt li fil-ħajja, nixtiequ nirċievu iżda wkoll nagħtu lura. Nixtiequ ngħallmu iżda wkoll niġu mgħallma.
“Fuq kollox nixtiequ li ngħixu fil-paċi, f’serenità u fl-imħabba fid-definizzjonijiet kollha tagħha. Kulħadd bil-ħtiġijiet emottivi tiegħu u allura kulħadd jiddefinixxi hu għalih l-imħabba x’inhi.”
It-tema aħħarija tad-diska tiffoka fuq messaġġ importanti: “Tibżax tkun min int u ħalli s-soċjetà tgħid li trid.”
Tista’ tara l-vidjo mużikali hawn: