Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carrabot staqsa dwar meta l-Gvern se jwettaq dak li diġà wettaq ħames snin ilu.
Fil-Parlament illejla, Darren Carabott staqsa lill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri dwar il-ħsieb li l-gwardjani lokali jiġu jaqgħu kollha taħt entità pubbliku.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Byron Camilleri fakkru li dak li qed jistaqsi, ilu li sar mill-2018, meta wara li twaqqfet l-Aġenzija LESA u l-ħaddiema tal-kuntrattur, li huma msejħa uffiċjali tal-komunità, ġew trasferiti mal-Aġenzija.
L-istess Deputat Nazzjonalista staqsa dwar titjib tal-kundizzjonijiet u l-pagi tal-gwardjani lokali.
Il-Ministru hawnhekk ukoll fakkar kif il-ħaddiema tal-Aġenzija LESA diġà qed igawdu minn kundizzjonijiet aħjar, wara li f’Lulju li għadda, ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid li kien milqugħ sew mill-ħaddiema fi ħdan din l-Aġenzija.