Raġel ta’ 44 sena miż-Żejtun inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti li xerred materjal pornografiku tal-eks sieħba tiegħu.
Ir-raġel tressaq il-Qorti l-ġimgħa li għaddiet fuq l-istess akkużi li wettaq f’Ottubru li għaddda, fejn kien wieġeb ħati u kien ingħata sentenza sospiża.
Il-Pulizija qalet kif il-filmat tal-mara baqa’ jdur l-investigazzjoni ħarġet li kien l-akkużat li baqa’ jxerred filmati minn profil falz.
Din id-darba, l-akkużat wieġeb mhux ħati.