Ġie miċħud appell ta’ raġel li fl-ewwel sentenza tal-Qorti ttieħdulu bastiment u trakk. Paul Bezzina nqabad idaħħal żejt f’Malta bil-kuntrabandu.
Membri tat-Taqsima tal-Infurzar għamlu sejba ta’ gaseoil li kien fit-trakk tal-akkużat ġo tank mistur taħt ir-ramel.
Fl-ewwel spjegazzjoni tiegħu, Bezzina qal li ż-żejt kien xtrah mill-Libja. Iżda waqt ir-rikors qal li ż-żejt kien ħama li ġabar minn bastiment iehor biex jintrema. Il-Qorti tal-Appell qablet mas-sentenza tal-ewwel Qorti, apparti l-fatt li Bezzina beda l-proċeduri tal-appell wara li kienu għaddew it-tletin jum li fihom dak li jkun instab ħati jista’ jappella. Għalhekk il-bastiment u t-trakk tiegħu ma ġewx rilaxxati.