F’Diċembru għaddew mill-Ajruport internazzjonali ta’ Malta aktar minn erbgħa mija u wieħed u għoxrin elf passiġġier, biex b’hekk m’kollox mill-mitjar Malti tul l-2022 għaddew mal-ħames miljun u tmien mitt passiġġier.
B’kollox fl-2022, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mmarka rkurpu ta’ tmenin fil-mija ta’ passiġġieri li għaddew minnu meta mqabbel mal-2019 – Is-sena ta’ qabel il-pandemija li hija meqjusa wkoll l-aqwa sena għat-turiżmu fl-istorja ta’ pajjiżna.
Ħabbar dan l-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif irrimarka wkoll li din iċ-ċifra b’saħħitha tammonta għal irkupru ta’ aktar minn 88% fil-mija tat-traffiku ta’ qabel il-pandemija.
Fil-fatt, il-mitjar Malti sostna kif il-medja ta’ passiġġieri li għaddew kuljum mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jammonta għal madwar 13,000 passiġġier.
L-aktar ġranet beżlin kienu dawk tat-23, id-29 u t-30 ta’ Diċembru hekk kif mill-Ajruport għaddew aktar minn 17,000-il elf passiġġier.
Il-kejl li jkejjel kemm imtlew postijiet fuq l-ajruplani, magħruf aħjar bħala s-‘Seat Load Factor,’ ukoll kien wieħed b’saħħtu u li indika domanda qawwija għall-ivjaġġar. Dan ammonta għal 81% fil-mija. Fl-istqarrija tiegħu, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta attribwixxa dan għal passiġġiera li kienu qed jivvjaġġaw lura lejn pajjiżhom għal festi u għal dawk li għażlu li jmorru għal btala.
L-Italja kienet l-aktar destinazzjoni popolari hekk kif f’Diċembru aktar minn 21% tal-passiġġiera jżuru dan il-pajjiż. Warajh isegwu l-Ingilterra, il-Ġermanja, Franza u l-Polonja.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sostna wkoll li s-suq Franċiż u dak tal-Polonja esperjenzaw tkabbir sostanzjali fil-popolarità mil-livelli ta’ qabel il-pandemija. Fil-fatt il-popolarità tas-suq Franċiż żdiedet b’26% u s-suq Pollakk żdied bi kważi 60% fuq l-2019.
Filwaqt li x-xahar ta’ Awwissu kien l-aktar wieħed bieżel għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif għaddew aktar minn seba’ mitt elf passiġġier, ix-xahar ta’ Diċembru kien ix-xahar li rreġistra l-akbar irkupru.