Grant ta’ €155,000 bl-isem ta’ “Insaħħu l-Vuċi tat-Tfal” miksub mill-Kummisjoni Ewropea se jagħti l-għodda lit-tfal biex isemmgħu leħinhom fid-demokrazija ta’ pajjiżna u fit-teħid tad-deċiżjonijiet f’dawk l-oqsma li jolqtu lilhom.
Permezz ta’ dan il-proġett tfal minn etajiet żgħar se jaraw Online Child Participation Platform (OCPP), fejn b’mod sigur ninkludu lit-tfal, nisimaw il-vuċi taghhom u iktar minn hekk nieħdu inkonsiderazzjoni ta’ dak li qed jgħidu. Eventwalment dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu inklużi fil-politika nazzjonali tal-pajjiż.
Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-tfal Michael Falzon qal li huwa essenzjali li t-tfal tagħna jkollhom wirt li jixraqrilhom u b’hekk l-irwol tat-tfal huwa importanti iktar minn kemm naħsbu. Irrimarka li t-tfal huma s-soċjeta ta’ għada imma iktar minn hekk it tfal għandhom relevanza kbira llum il-ġurnata.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li bl-għajnuna ta’ Servizzi Ewropej f’Malta, dan huwa l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu li nkisbu fondi għalih taħt il-programm, ‘Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri’.
Dr Bonett qal li bħalissa qegħdin fi żmien fejn l-opportunitajiet li nibbenefikaw mill-fondi Ewropej se jiżdiedu mhux jonqsu, hekk kif fil-jiem li ġejjien se jkunu qegħdin jiġu mnedija l-Programmi Operattivi marbuta mal-pakkett il-ġdid ta’ fondi ewropej għall-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.