Qorti tal-Appell Rumena ċaħdet it-talbiet għall-appell tal-personalità Andrew Tate u tliet persuni oħra li bħalissa jinsabu taħt arrest b’ssuspett dwar kriminalità organizzata.
Tate, ħuh u żewġ nisa Rumeni appellaw kontra d-deċiżjoni li ħa imħallef fit-30 ta’ Diċembru, meta laqa’ t-talba tal-prosekuzzjoni biex jiġi estiż il-perjodu ta’ arrest għal 30 jum.
Tate, li jiddiskrivi lilu nnifsu bħala misoġinist, u t-tliet persuni l-oħra ġew arrestati fid-29 ta’ Diċembru b’suspett fuq traffikar tal-bnedmin u stupru.
Ritratt: AP