Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, iltaqa’ mal-Ministru tal-Istat għall-Ewropa u l-Klima tal-Ġermanja, Anna Lührmann.
Huwa ddeskriva din il-laqgħa fil-Belt Valletta bħala waħda mill-aktar pożittiva.
Huwa qal li flimkien iddiskutew ir-relazzjoni eċċellenti li diġà teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi u anke l-kooperazzjoni fuq affarijiet Ewropej, kif ukoll kwistjonijiet bħall-migrazzjoni, il-Libja, it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, u t-tibdil fil-klima.
Min-naħa tagħha, Il-Ministru Lührmann qalet li l-Ġermanja tħares lejn Malta bħal sieħeb politiku u ekonomiku importanti. Hija faħħret l-importanza li Malta qed tagħti lit-tema tat-tibdil fil-klima, anke bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-Ministru Borg qal Ii, meta Malta jkollha fi jdejha l-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà x-xahar id-dieħel, it-tibdil fil-klima se jkunfuq nett tal-aġenda.
“Waħda mill-attivitajiet mill-aktar importanti se tkun proprju t-tibdil fil-klima u kif dan ipoġġi theddida għas-sigurta ta’ ċerti pajjiżi, speċjalment gżejjer, u anki pajjiżi oħrajn li għandhom żoni kostali, xtajtiet li se jkunu qed jiġu pperikolati meta jkompli jogħla llivelli tal-baħar u tal-oċeani fis-snin li ġejjin.”