Shaunvic Felice ta’ 33 sena minn Ħal Qormi wieġeb mhux ħati iżda nżamm arrestat fuq akkużi li seraq ammot ta’ flus minn ħanut tal-ikel fi Triq Manwel Dimech, f’Ħal Qormi. L-ammont ta’ flus li seraq ma jaqbiżx l-€2,300.
Il-każ seħħ ilbieraħ. Felice allegatament daħal armat fil-ħanut, talab il-flus u ħarab minn fuq il-post. Mill-cameras qrib id-dar tal-akkużat, deher ħiereġ siegħa qabel u jidħol ftit wara s-serq u kellu l-istess ħwejjeġ li kien bihom fis-serqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Felice jinsab akkużat ukoll li matul is-serqa żamm persuna kontra l-volontà tagħha bil-ħsieb li jieħu l-flus mingħandha. Huwa ma talabx il-ħelsien mill-arrest u nżamm il-ħabs.