Żewġ persuni li kellhom jidhru bħala ġurati fil-ġuri tal-qtil ta’ Sion Grech u ma dehrux, weħlu multa ta’ €500 kull wieħed.
Sion Grech ġiet maqtula fil-Marsa, permezz ta’ 17-il daqqa ta’ sikkina.
Habesh Ismael u Mahouachi Faica huma mixlija bil-qtil tal-vittma.
Dan il-każ imur lura għal April tal-2005.
L-Imħallef Aaron Bugeja ordna li ssir l-għażla ta’ 9 ġurati u minkejja li ż-żewġ persuni kienu notifikati, dawn baqgħu ma tfaċċawx.
Fiona Borg ġiet notifikata bit-taħrika nhar l-10 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra. Din kienet għamlet rikors, iżda dan ġie miċħud mill-Qorti.
Robert Azzopardi kien notifikat fis-7 ta’ Diċembru 2022, permezz ta’ notifika li tħalliet ma’ ommu. Il-Qorti sabet liż-żewġ persuni ħatja ta’ disprezz u kkundannathom multa ta’ €500 kull wieħed.