Fl-ewwel logħba tal-Ħadd mill-Kampjonat Premier Mosta ħarġu rebbieħa b’gowl kull taqsima kontra Marsaxlokk, f’konfront li kien kontrollat minn Philip Farrugia.
Fl-ewwel azzjoni tal-partita fl-20 minuta, wasal l-ewwel gowl hekk kif Mosta irnexxilhom jaqbdu lill-Marsaxlokk fuq sieq waħda b’konklużjoni fil-baxx ta’ Zachary Brincat tispiċċa wara l-goalkeeper Marko Drobnjak.
Ir-risposta ta’ Marsaxlokk waslet għaxar minuti wara meta Fonseca qassam lejn Daniel Agius b’dan tal-aħħar jara l-konklużjoni tiegħu tiġi salvata minn Akpan.
Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima u Marsaxlokk jagħmlu l-skor indaqs meta f’azzjoni mill-isbaħ bejn Keqi, Aguirre u Ayrton Attard b’dan tal-aħħar jiskorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flok Xlukkajr. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima Marsaxlokk għal ftit ma jmorrux fil-vantaġġ meta Daniel Agius ra’ l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-wieqfa.
Marsaxlokk komplew bl-stess ritmu fit-tieni traqsima u fil-58 minuta xutt mix-xellug ta’ Keqi kien salvat f’korner minn Akpan.
Kwarta mit-tmiem, Mosta jerġaw imorru fil-vantaġġ meta Christ Ememe approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża Xlukkajra, qabeż lill Drobnjak u tefa fix-xibka għal 2 – 1.
Mosta komplew jkunu perikolużi b’żewġ azzjonijiet oħra konklużi minn Ememe bin-Niġerjan saħansitra jolqot il-lasta l-minduda u għalhekk l-skor jibqa dak ta’ 2 – 1.
BOV Plejer tal-Partita-Daniel Agius (M’Xlokk)