Kellu jkun penalty ta’ Kemar Reid fit-tieni taqsima eżattament fl-54 minuta li ta rebħa u tliet punti prezzjużi lil Floriana f’rebħa minima ta’ 1-0 kontra Sirens.
Il-konfront kien pjuttost bilanċjata b’Floriana b’aktar inizjattiva tul il-partita kollha.
Kienu l-Greens li ħarġu fuq l-offensiva fejn wara żewġ minuti kien Kemar Reid li niżżel lejn Mattia Veselji bil-konkluzjoni tiegħu taghdi barra. Ir-rispota tat-tim minn San Pawl il-Bahar kien immedjata meta Kolev sab lil Arab b’Kitanov ikun protagnosita u jsalva periklu serju.
Konklużjoni oħra ta’ Veselji fit-tnax il-minuta li iżda Grech salva kif seta u 9 minuti wara daqqa ta’ ras ta’ Jose Ulises Arias ġiet salvata f’corner mill-goalkeeper ta’ Sirens, Matthew Grech.
Floriana komplew fuq l-offensiva u sitt minuti wara Jan Busuttil għadda tajjeb lejn Mattia Veselji li iżda mill-viċin tefa’ barra.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sirens, ħarġu iktar avventurużi u fil-51 minuta, il-Ġappuniż Kei Sano ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm ftit għoli.
Żewġ minuti biss wara, il-Greens rebħu penalty meta Jacob Walker miss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-ispeċjalista Kemar Reid li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, b’Matthew Grech imiss il-ballun u kważi jirnexxielu jsalva l-istess penalty.
Floriana komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita biex r-reġistraw rebħa importanti.
Il-konfront kien kontrollat minn Ishmael Barbara.