Fl-għeluq it-tlettax-il edizzjoni ta’ Betlem f’Għajnsielem il-Kumitat Organiżżattiv flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, din is-sena ħaseb biex jerġa jtella din l-attività li għandha għan nobbli biex jitwassal il-messaġġ ta’ tama u kuraġġ.
L-għada tal-C t-tliet Slaten Magi jġorru l-Inċens, id-deheb u l-mirra u jterqu fuq iż-żwiemel biex ifakkru l-ġrajja ta’ Tre Re.
Tkellimna ma’ Franco Ciangura li huwa wieħed mill-organiżżaturi ta’ dan il-vjaġġ, li t-tliet Slaten Maġi għamlu minn Għawdex għal Malta bi ħsieb.
Tlabnih jgħidilna x’kien il-ħsieb wara din l-attività.
“L-iskop huwa li jitwassal messaġġ ta’ tama u kuraġġ, lil dawn il-pażjenti, ħbieb tagħna u anki lit-tfal li se nżuru fil-wards ta’ Mater Dei, biex flimkien nagħlqu din il-festa tal-Milied b’ messaġġ ta’ tama u kuraġġ.”
Il-vjaġġ li telaq minn Għajnsielem, qasam il-fliegu biex l-ewwel waqfa kienet fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa u ssuktat f’San Vinċenz De Paule fejn kienu ħafna, l-anzjani li laqgħu lit-Tre Re b’entużjażmu kbir.
Tkellimna ma’ Manoel Zerafa li kien minn tal-bidu li ta sehmu f’din l-attività bħala wieħed mis-Slaten Maġi. Fil-fatt, sena wara sena, għal tlettax-il sena rrappreżenta lil Baldassar.
“Kont magħżul mill-bidu nett. Din hija l-ħdax-il darba li qegħda ssir bis-Slaten Maġi. Il-parti tiegħi, dejjem ħadt pjacir, rwol li ngħin lil Betlem f’Għajnsielem u nħossni kburi li kelli x-xorti li nkun wieħed mit-Tliet Slaten Maġi.”