Bjorn Vassallo tefa’ l-kandidatura tiegħu għall-Eżekuttiv tal-UEFA.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA, tefa’ din in-nominazzjoni fil-jiem li għaddew.
Il-President Vassallo qal li wasal għal din id-deċiżjoni wara li diversi ismijiet kbar fil-futbol Ewropew se jkunu qed jimbuttaw ismu biex jiġi elett.
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA huwa l-korp eżekuttiv suprem tal-UEFA, u jikkonsisti mill-President tal-UEFA u 16-il membru ieħor.
Il-kandidati kollha li jridu jkunu ġejjin mill-Assoċjazzjonijiet Ewropej għandhom ċans biex jitfgħu n-nomina tagħhom sal-5 ta’ Frar li ġej.
Jekk Vassallo jiġi elett, huwa xorta waħda jibqa’ jżomm il-kariġa ta’ President tal-MFA.
L-avukat Joe Mifsud huwa l-aħħar Malti li kien fl-Eżekuttiv tal-UEFA, wara li kien spiċċalu t-terminu tiegħu fil-kariga ta’ Viċi President tal-UEFA fl-2011.