Sewwieqa u passiġġiera jweġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ wara nofsinhar fi Triq Selmun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li mara ta’ 67 sena li toqgħod San Pawl il-Baħar, kienet qiegħda ssuq karozza tal-għamla Nissan Qashqai direzzjoni mix-Xemxija lejn il-Mellieħa, tilfet il-kontroll u ħabtet ġo ħajt. Passiġġiera magħha, kien hemm mara ta’ 68 sena li wkoll toqgħod San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna, iż-żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ