Qabel ingħatat l-aħħar tislima lill-eks Segretarju Parlamentari u eks Deputat Laburista Silvio Parnis f’Raħal Ġdid, il-korteo għadda minn quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Hemmhekk kien hemm l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, flimkien mal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista u l-fergħat tal-partit.
Kif il-korteo wasal quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Partit Laburista, id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, Chris Fearne poġġa kuruna tal-fjuri fuq it-tebut ta’ Silvio Parnis.