Dalgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela żar is-suq fiż-Żurrieq.
F’kitba fuq Facebook, Dr Abela qal li hawnhekk kellu ċ-ċans li jitkellem ma’ diversi pensjonanti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa qal li f’dawn il-jiem se jibdew jitħallsu l-pensjonijiet bir-rati l-ġodda, hekk kif kien tħabbar fil-Budget għal din is-sena.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jibqa’ jinvesti fin-nies.