Ħareġ filmat li juri passiġġier abbord ħelikopter li kallu ħabta fatali ipprova jwissi lill-bdot dwar periklu imminenti.
L-inċident li seħħ fl-Awstralja qatel erba’ persuni.
Issa mezzi Awstraljani tax-xandir ippubblikaw filmat ta’ passiġġier fuq is-sit ta’ wara jipprova jiġbed l-attenzjoni tal-bdot, Michael James. Dan idawwar rasu bi tweġiba, filwaqt li l-passiġġier imbagħad jaqbad is-sedil tiegħu.
Il-ħelikopter u ieħor ħabtu mument wara, b’konsegwenza li mietu koppja mir-Renju Unit u żewġ Awstraljani fuq l-ajruplan l-ieħor.
Il-filmat – miksub minn Australia’s 7 News – inġibed abbord il-ħelikopter stess. Dan il-ħelikopter jintuża għal skopijiet turistiċi minn Sea World u kien nieżel fuq il-Gold Coast it-Tnejn wara nofsinhar.
7NEWS has obtained vision that was filmed on board one of the helicopters involved in this week's deadly collision on the Gold Coast. The video shows one of the passengers tapping the pilot on his shoulder to warn him. https://t.co/OF81oZXOfr #7NEWS pic.twitter.com/6U7wyO0VhM
— 7NEWS Sydney (@7NewsSydney) January 4, 2023