- Maħtur inkjesta indipendenti
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li aktar kmieni llum ġie mgħarraf bil-possibilità li żviluppat ħsara teknika temporanja f’inkubatur li fih kien hemm embrijuni lesti biex jiġu impjantati fl-ommijiet bħala parti mill-proċess tal-IVF, il-Ministru għas-Saħħa ta’ struzzjonijiet sabiex tissejjaħ inkjesta independenti biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha.
L-awtoritajiet kliniċi f’Mater Dei infurmaw lill-Embryo Protection Authority b’dan il-każ. Jidher illi l-embrijuni kollha baqgħu vijabbli. Wara li kienu informati l-koppji involuti, il-proċess tal-IVF issokta fuq parir tal-esperti mediċi.