Il-preżentatur Wayne Aquilina li fl-aħħar snin konna nsegwuh ta’ kuljum bil-programm Espresso, se jkun qed jirritorna fuq ONE bil-programm ġdid MADWAR MEJDA. Miegħu tingħaqad il-ġurnalista Nicole Buttigieg li permezz ta’ dan il-programm, hi ukoll se tkun qed tirritorna fuq ONE.
MADWAR MEJDA se jkun il-programm tal-Ħamis filgħaxija fuq ONE u se jibda jixxandar mid-9pm sal-10:30pm. F’siegħa u nofs, madwar mejda se jpoġġu diversi persuni li se jirrakkuntaw esperjenzi u episodji tal-ħajja li jkunu għaddew minnhom. Mhux biss, madwar mejda se jiddiskuti u jwassal informazzjoni dwar temi u suġġetti diversi.
Waqt l-ewwel programm, tal-Ħamis 5 ta’ Jannar, se tingħata tislima lil Silvio Parnis, se jitkellem Lawrence Grech li kien iltaqa’ mal-Papa’ Benedittu XVI f’laqgħa privata, naraw ir-rakkont ta’ Aldo, ir-raġel ta’ Marie Claire Lombardi li tilfet ħajjitha ftit tax-xhur ilu f’inċident bil-mutur. Madwar Mejda se jpoġġi ukoll Steve Libreri, direttur tad-direttorat għall-ħarsien tat-tfal dwar ir-rapporti ta’ abbużi fuq it-tfal f’Malta u d-Deputat Laburista Alex Muscat dwar sfida personali li se jagħmel fit-Tanżanija.
Id-diskursata madwar mejda se tkun akkumpanjata mużikalment mill-pjanista Gilbert (il-Bibi) Camilleri u bil-vuċi tal-kantant Drakard.