Il-mewt tal-Papa Benedittu sittax, lejlet l-Ewwel tas-Sena, fl-età ta’ 95 sena qajmet diversi reazzjonijiet.
Bosta ddeskrivewh bħala raġel umli u li għamel differenza f’ħajjet ħafna nies.
Dirett minn Ruma dan l-istazzjon tkellem mal-Editur tal-Vatican News u Direttur Editorjali tad-Dikasteru tal-Komunikazzjoni tas-Santa Sede, Andrea Tornielli, li qal li l-legat tal-Papa Benedittu XVI se jibqa’ jissemma għal eluf ta’ snin.
n“His legacy is the fact that God is love, this is the real message of the faith and the second point that’s important for me to underline is the fact that the faith is not a system of ideas or ideologies or moral norms but the faith is to encounter a person, a person of Jesus Christ.”
Huwa qal ukoll li din mhijiex l-ewwel darba fl-istorja tal-Knisja li Papa se jippresedi l-funeral tal-predeċessur tiegħu għax din ġrat ukoll fl-1802, ftit aktar minn mitejn sena ilu, minn Papa Piju Sebgħa minħabba li l-predeċessur tiegħu, il-Papa Piju Sitta, miet waqt li kien fl-eżilju wara li ġie arrestat mill-Franċiżi ta’ Napuljun.
“I think that, tomorrow, it will be a big celebration and the difference about the protocols between this funeral and the funeral of the Pope, there will be little things, not so little from the point of view of the meaning because there will be two prayers, but I think that there will be a big celebration because a lot of people are here and Benedict XVI was a great pope and that is a right manner to celebrate his legacy and also his courage, his strength in taking the decision of the renunciation.”
ONE News tkellem ukoll mal-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede, Frank Zammit, li qasam l-istorja tal-ħbiberija tal-Papa Benedittu XVI mal-Papa Ġwanni Pawlu II u qal li dak li għamel miegħu Papa Benedittu XVI baqa’ jiftakru sal-aħħar tnax-il siegħa ta’ ħajtu.
“Dawn iż-żewġ personalitajiet ġganti, ħadmu flimkien għal 24 sena u iktar m’għadda żmien meta mbagħad il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni, inħakem mill-Parkinsons, imbagħad il-Kardinal Joseph Ratzinger, tista’ tgħid sar il-forċina prinċipali tal-pontifikat kollu tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni u l-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni baqa’ jafulu sal-aħħar tnax-il siegħa qabel ma miet. U l-Papa dar imbagħad lejn il-komodina, qabad karta żgħira u lapes u kiteb il-kelma danke. U dik id-danke kienet grazzi għall-24 sena ta’ kollaborazzjoni leali u fidila ta’ dan iben il-Ġermanja.”