Meta Tyler Wilson, raġel minn Kentucky, lemaħ kelb tar-razza Golden Labrador qrib ir-residenza tiegħu, ħaseb li kien mitluf. “Kont ili narah għal ftit ġimgħat mhux ħażin idur fl-istess żona,” qal Wilson. “Meta rajtu riesaq lejja, għidt li hemm bżonn ngħinu għax ilu mitluf mhux ħażin.”
Wilson ħa r-ruħ meta ra li għandu katina m’għonqu, hekk kif ra li kien hemm xi informazzjoni miktuba fuqha, qatt ma ħaseb li se jaqra dan il-messaġġ, “Jien jisimni Drew. Minix mitluf. Inħobb indur. Għidli biex immur lura d-dar.”
“Bqajt inħares lejh u hu jħares lejja. Minn hemm serraħt rasi għax kont naf li mhux mitluf u hu jaf fejn kellu jmur,” temm jgħid Wilson.
Issa Drew il-kelb sar ferm popolari maż-żona hekk kif bosta jifirħu bih u jieħdu ħsiebu waqt li jarawh jippassiġġa barra.