Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar, ġewwa ċ-Ċentru San Franġisk, il-Ħamrun se ssir l-adorazzjoni tal-Maġi fi presepju ħaj imħejji apposta għal dan iż-żmien tal-Milied. Dan se jsir qabel il-Maġi jmorru lejn Għawdex biex janimaw il-Presepju ħaj ta’ Bethlehem f’Għajnsielem.
Din l-attività ser issir fl-4pm fejn se jkun hemm programm sħiħ għal dawk preżenti kif ukoll għat-tfal. Din l-attività qed issir bejn l-Komunità Franġiskana tal-Ħamrun u l-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem.