Nhar l-Erbgha, 4 ta’ Jannar 2023 fis-7:15 ta’ filgħaxija, ser jittella’ kunċert orkestrali ġewwa l-Knisja ta’ Santa Tereża fil-Belt ta’ Bormla. Dan il-kunċert ser jitmexxa taħt id-direzzjoni tas-Surmast Bormliz Etienne Spiteri.
Waqt il-kunċert ser jindaqqu għanjiet relatati ma’ dawn iż-żminijiet, kif ukoll xogħolijiet klassiċi mill-pinna ta’ kompożituri lokali u barranin bħal Lorenzo Abela Scolaro, Luigi Fenech, George Bizet u Edvard Grieg. Fost il-kompożizzjonijiet esegwiti ser jindaqq ukoll xogħol tas-Surmast Etienne Spiteri. Jingħaqad mal-Orkestra, it-Tenur Georg Zammit.
Dan il-kunċert ser ikompli jservi ta’ tiġdid u tisħiħ lit-talent lokali Malti u Għawdxi u qed jittella’ bil-għajnuna tal-Fondazzjoni Kottonera u l-Onor. Glen Bedingfield.
Kulħadd huwa mistieden li jattendi għal dan il-kunċert.