Bosta pajjiżi huma lesti sabiex illejla jsellmu lis-sena 2022 u jatu merħba lis-sena ġdida 2023.
Fost l-ewwel pajjiżi li diġà daħlu fis-sena l-ġdida hemm Auckland fi New Zealand li rat ċelebrazzjonijiet kbar bin-nar tal-ajru li ġie sparat mill-iSky Tower.
Sydne fl-Awstralja wkoll laqgħet l-2023 b’spettaklu mill-isbaħ ta’ nar mill-Harbour Bridge u l-Opera House.
Sellmu lis-sena ġdida wkoll dawk li joqgħodu fi Queensland, l-Awstralja.
Min-naħa l-oħra, f’Londra inxtraw mal-mitt elf biljett għaċ-ċelebrazzjonijiet minn ħdejn ix-xmara Thames u d-daqq tal-arloġġ tal-Big Ben mat-tokki ta’ nofsilejl.
Times Square fi New York l-Istati Uniti hija wkoll preparata sabiex wara sentejn ta’ pandemija terġa’ tilqa eluf ta’ nies għaċ-ċelebrazzjonijet uniċi tal-aħħar tas-sena.
Intant l-Ukrajna ser tgħalaq is-sena b’attakk bil-missili mir-Russi.
Is-Sindku tal-Kapitali Ukrena qal kif minn tal-inqas mietet persuna waħda fi sfond ta’ splużjonijiet kbar madwar Kyiv.
Il-President Ukren qal kif ir-Russja mistennija tkompli twettaq bosta attakki oħra fis-sigħat li ġejjin, li sejħilhom bħala tmiem is-sena iswed għall-Ukreni.