Waslet f’pajjiżna il-kantanta Rumena, Inna, hekk kif għaddejjin l-aħħar preparamenti għal spettaklu mill-isbaħ fir-Rabat Għawdex lejliet l-ewwel tas-sena.
Inna hija magħrufa għan-numru ta’ suċċessi mużikali tagħha, fosthom id-diski ‘Up’ u ‘Wherever You Go.’ Mindu ġiet introdotta fix-xena mużikali fl-elfejn u disgħa, hija ħarġet tmien albums.
Mal-wasla tagħha f’pajjiżna, hija tkellmet ma’ dan l-istazzjon, fejn stqarret kif l-ewwel impressjoni ta’ Malta kienet waħda ferm sabiħa.
Qalet, “It’s very nice, place, I loved it from the beginning. I googled Malta and I saw some amazing beautiful places here, I’m going to be here for seven days. This is my New Years’ Eve holiday and I love it.”
Hija qalet ukoll li tinsab ferm eċitata biex tagħmel spettaklu fil-gżira ta’ tliet għoljiet, u sellmet lil kull min se jkun preżenti hemm lejliet l-ewwel tas-sena.
Meta mistoqsija x’se tkun qed tagħmel f’pajjiżna, hija stqarret li għandha ħafna x’tara, u għalhekk se tipprova tara kull ma tista’.
Stqarret, “I’m going to travel a lot, I want to see the cities, I want to see Valletta, I’m going to see the architecture and everything.”
Il-kunċert se jkun qed jibda għall-ħabta tad-disa’ fi Pjazza Indipendenza fil-Belt Victoria u flimkien ma’ Inna se jieħdu sehem ukoll bands lokali bħal Mel Xkejfa u Danny u Cash and Band.
Issegwi wkoll l-orkestra Musea bis-sehem ta’ 23 mużiċist u 5 kantanti lokali; Sarah Bonnici, John Cassar, Remy u Gabriella Azzopardi u Jolene Samhan