Il-Gvern Brażiljan iddikkjara tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali, wara l-mewt tal-eks plejer Brażiljan, Pelé fl-età ta’ 82 sena.
Tħabbar ukoll li Pelé se jingħata l-aħħar tislima l-ġimgħa d-dieħla.
Għall-24 siegħa bejn it-Tnejn u t-Tlieta li ġej, it-tebut ta’ Pelé se jkun espost għall-pubbliku fil-grawnd ta’ Santos – il-post fejn Pelé lagħab il-logħba għal 18-il sena.
Imbagħad, it-Tlieta se ssir purċissjoni fit-toroq ta’ Santos, viċin il-post fejn tgħix omm il-plejer Brażiljan li għandha 100 sena.
Wara jsegwi d-dfin, li hemmhekk issir f’ċerimonja privata.