Għadda l-Milied u qed joqrob ġmielu lejliet l-ewwel tas-sena.
Kulħadd b’hekk dlonk jibda biI-pjanijiet tiegħu biex insellem lil din is-sena partikolari u jagħtu bidu għal kapitlu ġdid, dak tal-2023.
Fil-fatt, dan iż-żmien marbut mal-festi huwa sinonimu ma’ attivitajiet li jlaqqgħu lill-familji u l-ħbieb flimkien.
Crew ta’ ONE News niżel fit-toroq tal-Belt Valletta biex jaraw xi pjanijiet għandhom il-Maltin għal lejliet l-ewwel tas-sena.
Ħafna qalulna li se jqattgħu dan il-jum id-dar jew ma’ dawk l-aktar qrib tagħhom.
Ma naqsux ukoll dawk li qalu li f’lejliet l-ewwel tas-sena se jmorru xi festin, ikla mal-ħbieb jew sfortunatament se jkunu qed jidħlu xogħol.