Xufier ta’ xarabank mhux se jibqa’ jinżamm responsabbli għal aċċident fejn mara ttajret waqt li kienet qed taqsam it-triq. Il-Qorti ddeċidiet li Stephen Muscat, ix-xufier ta’ sitta u tletin sena, huwa filfatt innoċenti wara li rat filmati tar-rotta tax-xarabank fil-ħin tal-inċident.
Il-każ imur lura għas-sajf tal-elfejn u erbatax, u l-filmati li ntwerew fil-Qorti juru lil Joanna Borg, il-vittma taqsam it-triq minn bejn żewġ karozzi pparkjati u tispiċċa eżatt quddiem ix-xarabank. Din sofriet ksur f’diversi postijiet f’ġisimha, demm fil-pulmun, u kienet fil-periklu tal-mewt għal xi żmien.
Skont il-Maġistrat Doreen Clarke il-filmat jikkonferma r-rakkont li ta Stephen Muscat waqt l-arrest. Qalet ukol li l-liġi ta’ pajjiżna timponi responsabbilta fuq min ikun qed jimxi fit-triq, fosthom li ma jaqsamx minn bejn karozzi pparkjati u jaqsam biss meta jkun ċert li huwa sigur. Muscat inħeles minn kull akkuża iżda kien immultat ħamsin ewro talli saq bi speed kem mxejn eċċessiv.