L-aħbar li f’pajjiżna niżlu taħt it-tliet elef dawk jirreġistraw għal impjieg hija waħda li qed tkun iċċelebrata kemm minn min iħaddem u anke minn min jirrapprezenta l-ħaddiema.
Fil-programm Pjazza tkellmu r-rappreżentanti tal-Malta Employers Association (MEA) u tal-General Workers Union.
Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, spjega kif iktar ma jkun hemm ċittadini li jidħlu fid-dinja tax-xogħol iktar tikber l-ekonomija.
Qal ukol li qed ikun hemm ftehim kontinwu biex is-suq tax-xogħol jibqa’ jkollu l-aqwa kundizzjonijiet possibbli.
Is-servizz ta’ xogħol fil-komunità minflok sentenza ta’ priġunerija qiegħed jintlaqa’ sew u qed iħalli l-frott. Fl-elfejn u sittax kienu tmienja u ħamsin is-sentenzi li minflok priġunerija, servew propju biex dawk li nstabu ħatja, ħadmu għall-ġid tas-soċjetà.