Dħalna l-Belt Valletta biex niskopru aħjar kif il-Maltin se jqattgħu l-25 ta’ Diċembru, il-jum li fih niftakru fit-twelid ta’ Ġesu.
Kif stajna ninnutaw ikunu ħafna li f’din il-ġurnata jingħaqdu mal-familji għall-ikla ta’ nofsinhar u l-għoti tar-rigali lil xulxin.
Madankollu, f’din il-ġurnata, hemm ħafna oħrajn li, minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, ikollhom iqumu għal ġurnata oħra ta’ ħidma, u jkunu ‘l bogħod mill-familji tagħhom.
Fost dawn insemmu lil dawk li jaħdmu fil-qasam tad-divertiment u l-ospitalità, dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, u dawk li jagħmlu parti mill-korpi dixxiplinarji bħal Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija u dawk li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Ma nistgħux ma nsemmux ukoll lil ġurnalisti u x- xandara li, fil-Jum tal-Milied, ukoll ikunu ‘l bogħod mill-qraba tagħhom.
Lil dawn kollha nieħdu l-okkazjoni biex nawgurawlhom ukoll il-Milied it-tajjeb, avolja ’l bogħod mid-dar.