F’dan il-filmat tista’ tara kif se taħdem il-Marsa Junction. Dan il-proġett ġie ddisinjat mill-Perit Edric Micallef, bl-għan ewlieni tiegħu ikun li tissolva l-problema tat-traffiku fil-Marsa. Kif jidher tajjeb f’dan il-filmat, kull kareġġjata se tkun separata u għalhekk it-traffiku mhux se jkun qed jieqaf. Dan il-proġett qed jiġi kofinanzjat mill-Fondi Ewropej.
Illum, L-Awtoritá tal-Ippjanar approvat unaniment dan il-proġett. Proġett li se jkun qed ifisser kontinwitá fil-ħidma tal-Gvern biex tiġi indirizatta l-problema tat-traffiku f’pajjiżna hekk kif għaddejja ġmiela l-ħidma fil-Kappara Junction.
Dan il-proġett se jkun qed itejjeb l-aċċessibiltá f’waħda mill-iktar rottot użati ta’ kuljum. u se jkun qed isir fuq mhedda ta’ sentejn u nofs.
Aqra aktar: Approvat il-proġett tal-Marsa Junction